Fir-ritorn tagħhom fil-Premier League Man Utd temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Newcastle, f’partita pjaċevoli bejn iż-żewġ timijiet. Newcastle taw waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tagħhom dan l-istaġun, bil-plejers ta’ Man Utd bagħtew mhux ftit biex jlaħħqu mal-intensita’ tal-partita, wara li kienu ilhom aktar minn ġimgħatejn ma jilagħbu minħabba każijiet pożittivi ta’ Covid-19 fl-iskwadra.
Newcastle fetħu l-iskor fis-7 minuta meta Allan Saint-Maximin għeleb lil David De Gea b’konklużjoni minn barra l-kaxxa għal 1-0. Minkejja dan, ir-Red Devils kisbu d-draw fil-71 minuta meta minn cross ta’ Diogo Dalot, kien Edinson Cavani li xeħet il-ballun fix-xibka għal 1-1.
PREMIER LEAGUE
Illum: Newcastle v Man Utd 1-1 Għada:, C. Palace v Norwich 4.00pm, Southampton v Tottenham 4.00pm, Watford v West Ham 4.00pm, Leicester v Liverpool 9.00pm
//= $special ?>