“Irridu linji gwidi ċari”. Hekk saħaq id-Direttur Ġenerali tal-MEA, l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem Joe Farrugia f’intervista ma’ Net News meta saqsejnih dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 f’pajjiżna u dwar jekk jeħtieġx pjan li min iħaddem u l-ħaddiema jridu jimxu miegħu.
“L-ewwel nies irridu linji gwida ċari għax hemm inċertezza kbira”
Huwa qal li qed iqumu ħafna domandi minn kulħadd, u li jeħtieġ li l-Gvern u l-awtoritajiet ikunu ċari biex tingħeleb l-inċertezza.
Joe Farrugia appella biex jittieħdu d-deċizzjonijiet li jkun hemm bżonn biex l-impatt tal-Covid jitnaqqas. Huwa tenna wkoll li jeħtieġ li jkun hemm dixxiplina, fejn il-mużuri li jiddaħħlu vera jkunu imħarsa bil-pubbliku u l-awtoritajiet kollha jaqdu dmirhom.
Meta mistoqsi minn Net News dwar x’konsultazzjoni saret fl-aħħar jiem… id-direttur Ġenerali tal-MEA qal li sa issa l-Gvern għadu ma kkonsultax magħhom….
“Li nista’ ngħidlek mal-MEA ma sarx”
Huwa kompla li qed jistennew li jsiru xi taħditiet fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Intant dwar is-sitwazzjoni kurrenti f’pajjiżna huwa għalaq billi qal li bħalissa ħafna negozji qed ibatu l-konsegwenza ta’ din il-mewġa, b’appell biex ikun hemm aktar kawtela minn kulħadd.
Fl-aħħar jiem kien appelli wkoll mill-MHRA biex il-Gvern ifassal pjan għas-settur turistiku.
//= $special ?>