“Ilna nistennew siegħa u qalulna li għandna siegħa oħra nistennew sakemm forsi ninqdew”
Hekk stqarru diversi nies li tkellmu ma’ Net News ftit tal-minuti ilu hekk kif l-Università ta’ Malta tinsab maħnuqa bi kjuwijiet twal ta’ nies jistennew biex jitlaqqmu mill-ġdid għal kontra l-pandemija.
Din mhux l-ewwel darba li din is-sitwazzjoni qed tirrepeti lilha nnfisha, hekk kif hija kważi r-rutina ta’ kuljum li ħafna nies qed jitħallew jistennew fl-entratura tal-Università, li mill-bidu tal-pandemija nagħtat f’idejn l-isptar Mater Dei biex għall-ewwel jinżammu l-pazjenti għall-kura u issa biex in-nies jingħataw il-booster għal kontra l-Covid-19.
Is-sitwazzjoni kieku kienet se tkun ferm agħar li kieku l-istudenti tal-Università mhumiex bil-vaganzi tal-Milied, dan għaliex kieku kien żmien ieħor l-Università kienet se tkun mimlija kemm bin-nies jistennew biex jitlaqqmu għal kontra l-Covid, kif ukoll bl-istudenti.
Mir-ritratti li rċieva Net News, jidher li hemm kjuwijiet li qed jinġabru metri ‘l bogħod minn fejn l-istudenti u l-ħaddiema tal-Università jħallu lit-tfal tagħhom waqt l-istudji tagħhom.
//= $special ?>