L-Isptar Mater Dei jinsab fi dieqa, hekk kif it-tabib Michael Spiteri, li qed imexxi d-Dipartiment tal-Inċidenti u l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, se jkun qiegħed jħalli l-irwol tiegħu fi ħdan l-isptar wara 5 snin ta’ servizz.
Minn għada t-28 ta’ Diċembru d-Dipartiment tal-Inċident u l-Emerġenza, se jkun qiegħed jiġi mmexxi mit-Tabib Patrick Farrugia.
Madankollu dan l-iżvilupp skont Spiteri ma’ għandu għalfejn jinkwieta lil ħadd, hekk kif skont post fuq Facebook, Michael Spiteri stqarr li ħadem spalla ma’ spalla ma’ Patrick Farrugia u ma’ għandu l-ebda dubju li d-dipartiment se jkompli jimxi fit-triq it-tajba.
Fuq il-‘post’ tiegħu fuq Facebook, Michael Spiteri stqarr li fil-5 snin tiegħu ta’ servizz ra diversi xeni li qatt ma’ immaġina li se jara, speċjalment bl-iżvilupp ġdid tal-pandemija li għeżżet lill-pajjiżna fl-2020.
Michael Spiteri temm il-post tiegħu billi rringrazja lil dawk kollha li ħadmu miegħu matul il-ħidma tiegħu, speċjalment lill-martu u lit-tfal tiegħu li dejjem kienu miegħu biex jagħtuh is-support. Filwaqt li stqarr li huwa ferm onorat li fit-13 ta’ Diċembru ngħata ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella.
//= $special ?>