Internazzjonali

MYANMAR: Aktar minn 30 persuna jinqatlu Lejliet il-Milied

Aktar minn 30 persuna, inkluż numru ta’ tfal inqatlu fil-Myanmar, b’sori jgħidu li mietu bi sparatura u li wara l-Gvern ħaraq il-katavri tagħhom.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li instabu numru ta’ iġsma maħruqa qrib vilaġġ li jinsab fil-Lvant tal-pajjiż, b’ħafna qed ibassru li din l-azzjoni seħħet Lejliet il-Milied.

Il-mottiv wara dan kollu sa issa għadu mhux magħruf.

Fi Myanmar fi Frar li għadd kien hemm kolp ta’ stat, bl-armata kienet ħadet it-tmexxija ta’ dan il-pajjiż f’idejha.