Lokali

Numru ta’ fergħat tal-BOV għalqu temporanjament kawża tal-COVID

Numru ta’ fergħat tal-Bank of Valletta (BOV) jinsabu magħluqin b’mod temporanju, b’oħrajn qed joperaw b’servizz limitat kawża ta’ impjegati li jinsabu pożittivi għall-COVID-19 u oħrajn li jinsabu fi kwarantina.

Dawn huma l-fergħat affetwati:

  • Il-fergħat tan-Naxxar u ta’ Birkirkara

Dawn il-fergħat huma temporanjament magħluqa. Dawn ser jkunu miftuħa għall-klijenti minn nhar it-Tlieta 28 ta’ Diċembru 2021.

  • Il-fergħat tan-Nadur u tax-Xagħra

Dawn il-fergħat huma temporanjament magħluqa.

  • Il-fergħat ta’ Birżebbuġa, Ħ’Attard, l-Imsida u Fleur de Lys

Dawn il-fergħat se jkunu qed joperaw b’servizz limitat. Is-servizz tal-kaxxiera minn dawn il-fergħat mhux se jkun disponibbli filwaqt li servizzi li mhumiex relatati ma’ ġbid ta’ flus, tisrif ta’ ċekkijiet u depożiti se jiġu offruti biss b’appuntament. Klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzi, inklużi investimenti, self għad-djar, self personali, skedar mill-ġdid ta’ ħlasijiet lura ta’ self u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda għandhom jagħmlu appuntament permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 2131 2020.

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.