Coronavirus Saħħa

Orna Rahminov – l-ewwel mara fid-dinja li ħadet it-tieni booster

Din l-infermiera Iżraeljana ħadet ERBA' dożi tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa f’Iżrael mil-lum bdew jagħtu r-raba’ doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19. Bl-infermiera Orna Rahminov ssir l-ewwel mara li ħadet it-tieni booster.

Rahminov taħdem fl-isptar Shbea f’Tel Aviv, u hi parti minn studju li qed isir rigward l-effiċjenza tat-tieni booster. F’dan il-proċess qed jipparteċipaw 150 persuna li jiffurmaw parti mill-istaff ta’ dan l-isptar.

Dan ifisser ukoll li Iżrael sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed jamministra r-raba’ doża tal-vaċċin f’temp ta’ 12-il xahar.

F’kummenti lill-media, Rahminov qalet li hi tinsab onorata li ġiet magħżula għal dan il-proċess. U ħeġġet lil kulħadd biex jitlaqqam.