Paris FC u Lyon tneħħew milli jkomplu jikkompetu fit-Tazza ta’ Franza wara l-inċidenti vjolenti mill-hooligans li seħħew fi tmiem l-ewwel taqsima tal-partita li ntlgħabet fis-17 ta’ Diċembru. Sa dak il-ħin l-iskor kien dak ta’ 1 – 1. Fl-istess waqt partitarji invadew il-pitch f’Charlety Stadium minhabba l-inċidenti li kien hemm fl-istands.
Il-Kummissaru tad-Dixxiplina tal-Federazzjoni tal-Football Franċiża kkonkluda li jitkeċċew iż-żewġ timijiet flok li titkompla l-partita. Riżultat ta’ dan Nice li kellhom jilgħabu kontra r-rebbieħ għaddew awtomatikament mal-aħħar sittax. Paris FC ġew immultati 10,000 Ewro filwaqt li Lyon immultati 52,000 Ewro.Lyon ġew wkoll ippenalizzati billi partitarji tagħhom ma jistgħux jattendu għal partiti barra minn darhom. Paris ser ikollhom jilgħabu ħames partiti bil-bibien magħluqa.
//= $special ?>