Coronavirus Futbol Sport

Posposta l-partita bejn Balzan u Sliema; posposti wkoll in-National Youth League u l-Kampjonati ta’ taħt is-16 u l-20 sena tan-nisa

Il-logħba bejn Balzan F.C. u Sliema Wanderers FC, li kienet skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, reġgħet ġiet posposta kawża ta’ każi tal-COVID-19.Oriġinarjament, il-logħba kienet posposta minħabba li Sliema Wanderers FC irreġistraw każi pożittivi fi ħdan il-klabb, iżda din id-darba huma Balzan F.C. li kkonfermaw każi pożittivi.Sadattant, il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA iddeċieda li jipposponi t-tkompli tan-National Youth League u l-kampjonati U16 u U20 tan-nisa b’ġimgħatejn.Din id-deċiżjoni tfisser ukoll li hemm bżonn isir aġġustament tal-kalendarju għall-kumplament tal-istaġun.