Din il-ġimgħa, il-magazine popolari FourFourTwo ippubblika lista tal-aqwa 50 stadium madwar ir-Renju Unit. U b’sorpriża għal ħafna dilettanti Maltin tal-futbol li ġimgħa wara l-oħra jsegwu l-Premier, fl-ewwel żewġ postijiet ma nsibux stadiums Ingliżi – imma żewġ stadiums storiċi fi Glasgow, l-Iskozja.
Skont din il-lista li ħarġet f’Boxing Day, Anfield u Old Trafford jagħmluha mal-aqwa għaxra. Iżda fl-ewwel żewġ postijiet hemm Ibrox – l-istadium tat-tim ta’ Rangers, u Celtic Park – l-istadium tar-rivali Celtic. L-istadium tat-tim ta’ Liverpool jiġi fit-tielet post, segwit minn Craven Cottage ta’ Fulham.
L-istadium ta’ Manchester United ġie fil-ħames post ta’ din il-lista. U l-Etihad tas-City lanqas jagħmilha mal-aqwa 30 – klassifikat fis-36 post.
Kif wieħed stenna, din il-lista ħolqot dibattitu enormi fost l-appasjonati tal-futbol fir-Renju Unit.
Il-lista finali ġiet imfassla mill-kontrobuturi li jaħdmu għall-magazine FourFourTwo.
//= $special ?>