Tliet persuni weġġgħu, b’żewġ persuni jsofru ġrieħi gravi, wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-limiti ta’ Ta’ Qali. Bil-konsegwenza tal-ħabta, waħda mill-vetturi nqalbet fuqha nnifisha.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-11.10.
Waħda mill-karozzi kienet misjuqa minn żagħżugħa ta’ 23 sena li hija residenti Ħal Tarxien. Magħha fil-karozza kien hemm passiġġiera ta’ 23 sena li hija residenti Raħal Ġdid.
Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena li huwa residenti Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.
It-tliet persuni ngħataw l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ma ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Hawnhekk ġie ċċertifikat li ż-żewġ nisa weġġgħu gravi filwaqt li ż-żagħżugħ weġġa’ ħafif.
//= $special ?>