Coronavirus Lokali

X’miżuri ġodda tal-COVID daħlu fis-seħħ mil-lum?

Mil-lum ir-reġistrazzjoni għat-teħid tal-booster fetaħ għal persuni ta’ ’l fuq minn 18-il sena li jistgħu jirreġistraw għall-booster mis-sit vaċċin.gov.mt.

Dan filwaqt li ċ-ċertifikat tat-tilqim, mis-17 ta’ Jannar se jkun validu biss għal tliet xhur mit-tieni doża u jibqa’ validu biss għal 9 xhur oħra jekk tkun ħadt il-booster. Jekk ma tieħux il-booster iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jibqa’ jgħodd.

Mis-17 ta’ Jannar ukoll: bars, restaurants, gyms, spas, casinos, snack bars, pools, clubs, cinemas, teatri, attivitajiet sportivi u kwalunkwe attività oħra se jkunu aċċessibli biss għal min għandu ċertifikat tal-vaċċin. Dan jeskludi tfal ta’ taħt it-12-il sena li mhux se jilħaq ikollhom iċ-ċertifikat.

Intant, tfal ta’ bejn 5 u 11-il sena, għandhom jirċievu stedina għall-ewwel tilqima waqt il-vaganzi tal-Milied.

Mil-lum ukoll, l-attivitajiet kollha li sal-lum qed ikunu organizzati b’mod relattivament normali, jistgħu isiru xorta, iżda issa kulħadd irid ikun bilqegħda u mhu se titħalla ebda attività b’nies bil-wieqfa. It-tiġijiet u l-funerali biss, se jibqgħu bil-protokalli kif nafuhom illum.

L-istabillimenti kollha issa, jridu jagħlqu sas-1am, bil-miżura se tibqa’ valida sas-17 ta’ Jannar.

Dan filwaqt li attivitajiet sportivi jistgħu jsiru iżda mingħajr attendenza tal-pubbliku.

Is-sigħat tal-viżitaturi f’Mater Dei naqqsu iżda fid-djar tal-anzjani mhu se jinbidel xejn.