Lokali

Żieda ta’ persuni li huma vittmi tal-abbuż

“Qed naraw il-każijiet ta’ vittmi ta’ abbużi kull ma jmur jiżdiedu”. Hekk stqarr ma’ Net News Brian Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Victim Support Agency fejn tenna magħna kif il-każijiet dis-sena qabżu l-elf. 

“Iż-żmien tal-Covid… meta persuna ma tistax toħroġ… qed naraw każijiet jiżdiedu ta’ abbuż, f’rata medja qed naraw 90 ma’ 100 persuna… u dos-sena qed naraw ‘il fuq minn 1,000 każ.”

Huwa qal li l-każijiet li raw dis-sena kienu ta’ vjolenza domestika, frodi u vjolenza fuq il-midja soċjali.

“Online qed naraw aktar hate speech, aktar fake profiles u żieda fil-bullying”

Huwa aċċenna magħna li l-bullying online kiber ħafna f’pajjiżna filwaqt li dan mhux biss qed isir fl-iskejjel.

Bullying mhux biss isir fl-iskejjel, iżda anki mal-anzjani tagħna, qed ikun hemm abbuż anki bil-ħlewwa”

Brian Farrugia għalaq b’appell biex wieħed ifittex l-għajnuna, u tenna li l-aġenzija li huwa jmexxi tinsab biex tgħin.

Biex wieħed jitlob l-għajnuna jista’ jċempel 25687000.