Propju illum jaħbat l-44 anniversarju mill-qtil barbaru ta’ Karin Grech, tfajla ta’ 15-il sena li nqatlet b’ittra-bomba li kienet indirizzata lil missierha, il-Professur Edwin Grech.
Karin kienet fetħet l-ittra-bomba, imgeżwra f’forma ta’ rigal f’karti tal-Milied, fil-preżenza ta’ ħuha Kevin. Filwaqt li t-tfajla bl-isplużjoni kienet ġarrbet feriti serji f’żaqqha u f’wiċċha, ħuha kien sofra xi feriti ħfief.
//= $special ?>