Laboratorju fil-belt ta’ Sydney informa lill-mijiet tan-nies li kienu mingħajr traċċi tal-Covid wara t-testijiet dovuti — u meta huma, fil-verità, kienu testjaw pożittiv għall-virus. Dan sar magħruf fost l-ispinta ta’ infezzjonijiet f’dik iz-zona tal-Awstralja, bil-kelliema jsostnu li l-iżball – li seħħ waqt il-perjodu tal-Milied – kien dovut għal ‘żball fl-ipproċessar tad-data’.
L-Istat ta’ New South Wales qed jirrapporta ż-żidiet fin-numri tal-infezzjonijiet wara li feġġ il-varjant Omicron – u meta l-proċessi tas-swabbing fl-Istat waqgħu lura sew fiċ-ċirkustanzi.
Sadanittant, uħud fost in-nies ikkonfermati bħala pożittivi għall-virus wara l-ewwel testijiet żbaljati esprimew tħassib li setgħu infettaw lil qrabathom f’Lejliet u f’Jum il-Milied.
Kelliema għal SydPath lab talbu apoloġija dwar il-każ sfurtunat permezz ta’ stqarrija u qalu li l-iżball – li affettwa total ta’ 886 persuna – seħħ fi żmien ‘meta l-ħaddiema tas-saħħa kienu qed jippruvaw ilaħħqu ma’ volum ta’ testijiet mingħajr preċedent’ f’dan il-pajjiż.
//= $special ?>