Coronavirus Lokali

Covid-19: 1,298 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

1298 każ ġdid f’temp ta’ 24 siegħa. Rekord għal dawk li huma każijiet ġodda f’ġurnata waħda f’pajjiżna.

Is-sitwazzjoni tal-firxa tal-virus qed teskala sew hekk kif fl-aħħar tmint ijiem biss rajna żieda ta’ 6275 każ ġdid.

Sitwazzjoni li qed iżżid il-pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa. Bħalissa fl-Isptar Mater Dein hemm 82 pazjent li huwa pożittiv għall-virus, b’5 minnhom qed jinżammu fis-sezzjoni tal-kura intensiva.

Net News jinsab infurmat li sabiex jitbattlu aktar sodod għal pazjenti bil-Covid, anzjani li jinsabu rikoverati l-istpar Mater Dei u li qed jistennew li jidħlu f’residenza, qed jiġu trasferiti lejn l-isptar Boffa.

Intant anke servizzi oħra marbuta mal-Covid-19 qed jiffaċċjaw diffukultajiet kbar. Il-freephone 111 li fuqu wieħed iċempel biex jibbukkja swab ħafna drabi qed ikun okkupat u meta jaqbad, wieħed ġieli qed jagħmel ħin twil jistenna tweġiba u xi drabi saħansitra tilħaq taqa’ l-linja. Dan minħabba l-volum kbir ta’ telefonati li qed jirċievu biex jibbukkjaw appuntament.

Sadanittant, appuntamenti għal swabs qed jieħdu fit-tul ħafna, b’individiwi qed jingħataw data għal xahar ieħor biex jieħdu t-test tal-virus, kemm jekk rapid test kif ukoll jekk PCR.