Sport Sport Ieħor

Dominic Thiem mhux se jilgħab fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

It-tennist Awstrijakk Dominic Thiem irtira mill-Open tal-Awstarlja wara li mhux se jilħaq jikrupra fil-ħin minn injury li għandu fil-polz. L-Awsrtrijakk ta’ 28 sena ilu barra mill-azzjoni sa mill-Open ta’ Mallorca, lura f’Ġunju tal-2021.

It-turnament fl-Awstralja mistenni jibda fis-17 ta’ Jannar f’Melbourne Park, bil-parteċipazzjoni tat-tennist Brittaniku Andy Murray, li fl-aħħar jiem ingħata wildcard.

L-orgniazzaturi tal-Open tal-Awstralja għadhom inċerti jekk Novak Djokovic hux se jkun qed jieħu sehem, filwaqt li r-runner up tal-2021 tan-nisa, Jennifer Brady, ukoll kellha tirtira minħabba injury.