Futbol Sport

Ferran Torres jissieħeb uffiċjalment lil Barcelona

F’wieħed mit-trasferimenti maġġuri għal dan is-suq ta’ trasferimenti, Barcelona ħabbru uffċijalment li akkwistaw lill-attakkant ta’ Man City, Ferran Torres. Il-player ta’ 21 sena issieħeb lil Barcelona għas-somma ta’ €55miljun minkejja l-problemi finanzjarji li għandu l-club.

Hu ffirma kuntratt ta’ 5 snin sal-2027, bil-kuntratt se jkun jinkludi wkoll klawżola ta’ €1biljun. Torres, li fis-sajf li għadda stabilixxa ruħu bħala parti integrali mit-tim nazzjonali Spanjol matul il-Euro 2020, lagħab 43 partita għal Manchester City fejn skorja 16-il gowl. Minkejja dan, fl-aħħar xhur ftit li xejn sab spazju ma’ City u kienu hu stess li talab biex iseħħ it-trasferiment.