Coronavirus Internazzjonali

FRANZA: Minn nhar it-Tnejn se jiddaħħal l-obbligu ta’ remote working

"Qisna qed ngħixu film li m'għandux tmiem"

Il-Gvern Franċiż ħabbar miżuri ġodda sabiex jikkumbatti n-numri dejjem jiżdiedu ta’ Covid-19 fil-pajjiż – sitwazzjoni li hija riżultat tal-firxa bla preċedent tal-varjant Omicron. Bil-Prim Ministru ta’ Franza jgħid li l-poplu jinsab f’sitwazzjoni estrema “qisna qed ngħixu film li m’għandux tmiem”.

Fost il-miżuri li tħabbru, iddaħħal l-obbligu li l-impjegati jaħdmu mid-dar. Din il-miżura tidħol fis-seħħ nhar it-Tnejn li ġej u tgħodd biss għal dawk li għalihom huwa possibbli jaħdmu b’remote working.

Apparti dan, l-avvenimenti fuq ġewwa se jiġu limitati għal 2,000 persuna.

Minkejja dan kollu, il-Gvern Franċiż ma impona ebda lockdown għal-lejl tal-Ewwel tas-Sena.