Futbol Sport

Id-difensur ta’ Chelsea Ben Chilwell mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Chelsea Ben Chilwell mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun wara li weġġa’ fil-partita tal-UEFA Champions League kontra Juventus, fit-23 ta’ Novembru. Chilwell sofra injury fl-anterior cruciate ligament fejn mistenni jkun operat fiż-żmien li ġej.

Inizjalment, Chelsea ħasbu li Chilwell seta’ jevita l-operazzjoni filwaqt li kien diġa beda bir-riabilitazzjoni tiegħu. Madanakollu, wara sitt ġimgħat waslu għall-konklużjoni li se jkollu bżonn l-oprazzjoni sabiex jikrupra.

Chilwell kien qed ikollu prestazzjonijiet mill-aqwa ma’ Chelsea kif ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż, fejn skorja tliet gowls u provda assist f’sitt partiti fil-Premier League.