Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Karin Grech .. it-tfajla ta’ 15-il sena li nqatlet b’ittra-bomba li kienet indirizzata lil missierha, il-Professur Edwin Grech, li hija wkoll kuġina tiegħu, f’għeluq l-44 anniversarju mill-qtil tagħha.
F’post mtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook, Bernard Grech saħaq li filwaqt li d-diqa tibqa’, ir-rabja tkompli tikber. “Dan in-nazzjon għadu midjun lejk.”
Bernard Grech tenna li 44 sena wara dan il-qtil, hu għadu jittama li l-kuxjenza ta’ xi ħadd li jaf xi ħaġa dwar dan l-każ, għad twassal biex insiru nafu iktar..
Karen, it-tfajla ta’ 15-il sena kienet fetħet l-ittra-bomba, imgeżwra f’forma ta’ rigal f’karti tal-Milied, fil-preżenza ta’ ħuha Kevin. Filwaqt li t-tfajla bl-isplużjoni kienet ġarrbet feriti serji f’żaqqha u f’wiċċha, ħuha kien sofra xi feriti ħfief.
