Huma tnejn il-fatturi lise jħollu u jorbtu l-prospetti ekonomiċi ta’ pajjiżna fix-xhur li ġejjin – il-pandemija u l-Greylisting.
Dan qed jgħidu l-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti, li huwa l-kelliem tal-Gvern dwar l-infiq f’pajjiżna.
F’rapport ta’ ‘l fuq minn 100 paġna, il-Kunsill jgħid li ħafna se jkun qed jiddependi minn kemm il-Gvern se jdum ma joħroġ lill-pajjiżna mill-lista l-griża li poġġiena fuqha kif ukoll minn kemm se ttawwal il-pandemija globali tal-Covid.
Dwar il-greylisting, il-Kunsill qal li din hija kwestjoni ta’ żmien u għaldaqstant, aktar ma kemm pajjżna jirnexxielu jitneħħa malajr minn fuq din il-lista, aktar jitjiebu l-prospetti ekonomiċi.
Il-Kunsill irrapporta fid-dettall dwar il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna u qed ibassar tkabbir ekonomiku u tnaqqis fl-infiq madankollu enfasizza l-fatt li dewmien fuq il-greylist jista’ jħalli impatt negattiv ħafna fuq pajjiżna.
Ir-rapport ibbaża t-tbassir ekonimiku għal pajjiżna fuq il-fatt li l-pandemija se tkun qed tmajna fuq skala globali tul l-2022, bil-Kunsill jgħid li dan huwa fattur li wieħed ma jista’ jkollna l-ebda ċertezza dwaru.
Is-sena li għaddiet il-Gvern nefaq ammont sostanzjali ta’ flus biex jiġġieled l-impatt negattiv tal-pandemija, madankollu, issa huwa kommess li dan l-infiq jitwaqqaf.
Iżda hekk kif il-pandemija fl-aħħar ġimgħat uriet li mhux se tkun qed terħi mis-saħħa tagħha, u għall-kuntarju qed jerġgħu jisplodu n-numri tal-każijiet, il-Gvern kien kostrett jestendi l-wage supplement għal xahar ieħor, jiġifieri sa Jannar tas-sena l-ġdida.
Jekk dan l-infiq ikompli matul is-sena, il-pjanijiet tal-Gvern li jnaqqas id-diskrepanza bejn id-defiċit u l-GDP se jisfaxxaw fi-xejn.
Fl-2021 biss, il-Gvern spiċċa nefaq elf miljun ewro aktar milli kien stmat fil-Budget. Fattur li kompla żied sew id-dejn fl-ogħla livelli li qatt kelna. Dan sar magħruf pubblikament meta fl-aħħar seduta tal-Parlament għal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ressaq mozzjoni supplementari fl-aħħar ħin biex ġew approvati €1.08 biljun ewro żejda f’infiq fil-Budget tal-Gvern – nefqa li filfatt diġa għamel din is-sena.
Dawn il-flejjes kienu jinkludu għadd ta’ pagamanti ta’ diversi miljuni ta’ ewro li lanqas biss kienu ssemmew fl-estimi tal-Budget oriġinali għal din is-sena, fosthom pagament ta’ 40 miljun ewro żejda lil Steward Healthcare, minbarra l-50 miljun li kienu fl-estimi.
//= $special ?>