Futbol Sport

“Il-plejers għandhom bżonn l-għajnuna” – Jurgen Klopp

(Ritratt: EPA)

Il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp saħaq li l-plejers għandhom bżonn l-għajnuna, fl-aktar żmien tas-sena impenjattiv għalihom. Klopp irid li jitkomplew it-taħdiet bejn il-clubs u l-Premier League dwar kif jista’ jitkompla l-kampjonat filwaqt li tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-plejers.

Klopp ikkritika l-fatt li l-plejers iridu jilagħbu żewġ partiti f’inqas minn jumejn, bil-captain Jordan Henderson jgħid li ħadd mhu jagħti każ is-saħħa tal-plejers. Matul il-jum ta’ lbieraħ kien irreġistrat l-akbar ammont ta’ każijiet pożittivi fost plejers u staff fil-Premier League, sa mill-bidu tal-pandemija, fejn b’kollox nstabu 103 każijiet pożittivi għall-Covid-19.

Il-coach ta’ Leicester Brendan Rodgers ukoll ikkritika l-iskeda impenjattiva tal-Premier League, fejn qal li huwa impossibli li plejer jirkupra u jilgħab f’inqas minn 72 siegħa.