Lokali

Imut il-kardjologu Albert Fenech

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt tal-kardjologu magħruf Albert Fenech.

Fenech kellu 70 sena u mill-ewwel informazzjoni jidher li huwa nstab mejjet f’daru u li l-kawża tal-mewt x’aktar hija waħda naturali.

Fenech kien serva bħala Membru Parlamentari mal-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2016.

Huwa kien isem prominenti fil-qasam tal-kardjoloġija.

Permezz ta’ stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Albert Fenech filwaqt li esprima l-kondoljanzi sinċiera mal-familja u ħbieb tiegħu, wara l-mewta tiegħu.