Fl-Italja qed issir perssoni biex inaqqsu l-kwaratina għal dawk kollha li jkunu tlaqqmu tliet darbiet, u li jkunu ġew f’kuntatt ma’ persuna pożittiva. Għalkemm il-Ministeru tas-Saħħa qed jinsisti li dan mhux il-mument opportun.
Il-verita’ hi li din il-mossa qed tkun kunsidrata anke’ fl-Istati Uniti.
L-awtoritajiet Amerikani qed janalizzaw jekk hux realistiku li l-perijodu ta’ iżolament jitnaqqas bin-nofs – minn għaxart ijiem għal ħamsa. Bis-CDC jgħid li wara dawn il-ħamest ijiem, persuna għandha iżżomm l-obbligu li tilbes il-maskra kull fejn tmur għal ħamest ijiem oħra, sempliċiment bħala prekawzjoni.
L-esperti mediċi fl-Istati Uniti qed jibbażaw fuq il-fatt li t-trażmissjoni tal-virus qed isseħħ jumejn qabel joħorġu s-sintomi, jew s tliet ijiem wara. Dan ifisser li l-perijodu ta’ ħamest ijiem f’iżolament għal min ikun ġie f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv ikun biżejjed.
//= $special ?>