Sport Sport Ieħor

L-aħħar intervista ta’ Hugo Maradona fi Sport Extra

Dik li hija meqjusa bħala l-aħħar intervista uffiċjali minn HUGO MARADONA se tixxandar nhar il-Ħadd li ġej fuq NetTelevision fit-tnax il-programm SPORT EXTRA li huwa wieħed speċjali dwar l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Diego Armando Maradona u miġbud f’Napli bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Ironikament , għal programm fit-18 ta’ Diċembru kien intervistat b’esklussiva għal programm l-istess Hugo Maradona li miet illum fl-eta’ ta’ 52 sena.

Fl-intervista b’enfażi dwar l-impatt li Diego Maradona ħalla f’Napli , Hugo Maradona kien ikkummenta li kieku ma lgħabx ma Napoli, Maradona ma kien jilgħab ma ebda klabb ieħor fl-Italja. Daqstant ieħor Hugo Maradona saħaq fl-intervista dwar il-fatt li kull tifel għandu d-dritt li jilgħab u jiżviluppa fil-futbol minkejja li mhux kulħadd f’ħajjtu jkollu l-istess possibilitajiet. L-intervista kollha se tixxandar nħar il-Ħadd 2 ta’ Jannar 2022 fi SPORT EXTRA Speċjali – Maradona u Napli.