L-awtoritajiet Amerikani għamlu dak li l-Pulizija Maltija baqgħet m’għamlitx meta mponiet sanzjonijiet fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dan għamlitu wara li l-awtoritajiet ta’ pajjizna baqgħu ifallu milli jew jirrifjutaw li jieħud passi fuq dak li l-Istati Uniti qed tiddeskrivi bħala ‘informazzjoni kredibbli li Mizzi u Schembri kienu involuti direttament fi skema li tat kuntratt tal-Gvern għall-bini ta’ powerstation u għal servizzi marbuta magħha għal kickbacks u tixħim.
Id-deċiżjoni u l-azzjoni tal-Amerkani ittappan ftit jew wisq l-ewwel sena ta’ Angelo Gafà bħala Kummissarju.
Dan jgħidu l-editorjal tat-Times li fakkar kif mal-ħatra tiegħu Gafà kien wiegħed li ma kien ser jibża’ minn ħadd ul I ma kien se jħares lejn wiċċ ħadd , filwaqt li kien ta garanzija li l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li kien hemm kienu se jkunu investigati, irrispettivament minn min kien involut fihom.
Iżda minkejja, li taħtu bħala Kummissarju saru tibdiliet pożittivi, jibqa’ l-fatt li l-ħuta l-kbira qed tibqa’ taħrab… jew għax ix-xibka qed tintefa’ fil-post il-ħażin… jew għax it-toqob f’din ix-xibka huma kbar wisq, tgħid it-Times.
L-editorjal jispjega kif sorsi qrib ferm tal-Gvern qalu lill-ġurnal li l-mossa tal-Istati Uniti tindika dik li hi perċezzjoni ta’ nuqqas serju ta’ azzjoni mill-Qrati u mill-Pulizija ta’ pajjiżna fil-konfront ta’ dawn l-allegazzjonijiet.
It-Times qalet li filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet faħħret ix-xogħol siewi li qed jagħmlu tliet istituzzjonijiet importanti… l-Awditur Ġenerali, Il-Kummissarju għall-Istandards u l-Ombudsman… għandna tliet istituzzjonijiet li huma ta’ improtanza vitali u li l-mod kif qed jiffunzjonaw għadu ‘l bogħod ferm milli jkun sodisfaċenti.Jiġifieri l-Pulizija, il-Qrati u l-Parlament.
L-editorjal għalaq billi qal li l-poplu kollu għandu jeżiġi li jkunhemm it-tibdil meħtieġ sabiex ikun żgurat li l-istutuzzjonijiet verament jaħdmu sabiex pajjiżna jerġa jsib ruħu fit-triq it-tajba.