Stħarriġ ieħor tal-Awtorità tax-Xandir għall-aħħar kwart tas-sena 2021 jikkonferma li, meta mqabbel ma’ Diċembru tas-sena l-oħra, Net Television reġa’ żied l-udjenzi tiegħu – din id-darba b’0.6 fil-mija. Fuq sena, l-istazzjon One naqqas 1.4 fil-mija.
Diversi kienu l-programmi fuq Net Television li marru tajjeb, mod partikolari d-drama popolari ‘Ulied il-Lejl’. Fost l-aktar produzzjonijiet segwiti hemm il-bulettin ta’ Net News, il-programm Family Affair, il-programm Kikkra Te u l-programmi sportivi.
Il-portal NetNews.com.mt baqa’ l-aktar portal popolari bil-Malti.
Għal darb’oħra, id-dirigenti u l-istaff ta’ Media.link Communications jitiequ jirringrazzjaw ħafna lit-telespettaturi u s-semmiegħa kollha tas-support li dejjem juru lejn l-istazzjonijiet tagħna.

