L-attakkant Pollakk Robert Lewandowski kif ukoll l-attakkant Franċiż Kylian Mbappe esprimew it-tħassib tagħhom għall-proposta ta’ Arsene Wenger, li t-Tazza tad-Dinja tibda ssir kull sentejn. F’laqgħa aktar kmieni din is-sena, il-FIFA qalet lid-delegati tagħha li din il-bidla se tiġġenera madwar £3.3biljun fi dħul finanzjarju, fid-dawl tal-kritika li affaċjat għal din il-proposta.
F’intervent li għamel waqt il-Globe Soccer Awards, Kylian Mbappe saħaq li t-Tazza tad-Dinja hija speċjali proprju għaliex ssir kull erba’ snin, fejn plejer jaspira li f’dan l-avveniment daqshekk speċjali. Robert Lewandowski irrimarka li l-plejers diġa qed jilagħbu ammont kbir ta’ partiti matul l-istaġun, fejn saħaq li b’din il-proposta il-livell tal-futbol jista’ jitbaxxa, hekk kif hija mentalment u fiżikament impossibli li l-plejers jilagħbu daqstant partiti fi staġun wieħed.
//= $special ?>