Lokali

”Neħtieġu riformi fl-edukazzjoni llum qabel għada” – PN

”Għandna nibdew il-ħidma sabiex flimkien nagħmlu passi ‘l quddiem għal ġid ta’ pajjiżna.. passi li ilna nistennew”

Kliem il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret propju ftit jiem wara li tħabbar li Clifton Grima ser ikun qed jinħatar Ministru tal-Edukazzjoni minflok Justyne Caruana.. li rriżenjat nhar l-Erbgħa li għadda.

Caruana rriżenjat fl-isfond tal-kundanna li rċeviet mill-Kummissarju għall-Istandards wara li impjegat lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic fil-Ministeru tagħha stess.

Clyde Puli qal li l-edukazzjoni qegħda fi żmien fejn teħtieġ riformi kbar wara l-iskossi li ngħatat fl-aħħar snin

Huwa saħaq li dan it-tibdil kontinwu ta’ Ministri, qed joħloq instabbilta kbira fis-settur tal-Edukazzjoni

Il-kandidat għall-Elezzjoni li jmiss f’isem il-Partit Nazzjonalista Justin Schembri minn naħa tiegħu qal li l-Ministru tal-Edukazzjoni l-ġdid Clifton Grima u li huwa wkoll resonsabbli għall-isport…għandu l-obbligu jagħti t-tweġibiet għal diversi mistoqsijiet b’rabta mal-kontroverji li daħal fihom fis-snin li għaddew b’rabta ma’ direct orders li ngħataw bil-barka tiegħu… fost l-oħrajn fil-bini tax-shooting range.

Justin Schembri semma wkoll diversi proposti li ħareġ bihom il-Partit Nazzjonalista… proposti relatati mas-settur tal-edukazzjoni… fosthom il-proposta ta’ żieda fis-salarji tal-edukaturi kollha, żieda fl-istipendju universitarju għal dawk iż-żgħażagħ li jagħżlu korsijiet li jwassluhom biex isiru għalliema u anke il-prograam tat-tablets fi skejjel sekondarji.

Proposti li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li jwettaq meta jkun fil-Gvern.