Il-Poplu Malti u bosta Kanadiżi sellmu l-memorja ta’ Enzo Gusman, hekk kif it-Tlieta waranofsinhar, f’Toronto fil-Kanada, sar il-funeral ta’ dan il-kantant u xandar popolari Malti.
Tul il-quddiesa tal-funeral fil-Parroċċa ta’ San Pawl f’Toronto li saret fil-biċċa l-kbira bil-Malti indaqq kant minn Enzo stess.. kif kienet ix-xewqa tal-familja tiegħu.
L-aħbar tal-mewt ta’ Gusman il-ġimgħa li għaddiet nisslet sogħba kbira f’ħafna Maltin li jiftakruh ikanta diversi kanzunetti fosthom dawk bil-lingwa tagħna… uħud kompożizzjonijiet tiegħu stess …. kanzunettii famużi bħal – Fil-Pjazza tar-raħal, Inħossni kburi bik u L-Avukat tal-Karozzin.
Enzo Gusman kellhu imħabba liema bħala lejn dak kollu li hu Malta iżda b’mod partiklari lejn il-lingwa u l-kultura Maltija, u kien jitkellem ħafna dwar l-importanza li l-Malti jiġi mitkellem kif suppost.
Fl-2008 Enzo Gusman ingħata il-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika, kemm għall-karriera tiegħu fix-xena mużikali u televiżiva, kif ukoll fl-irwol tiegħu bħala attivist favur aktar donazzjonijiet tad-demm, bil-kanzunetta oħra famuża tiegħu ‘Agħtini pinta oħra’.
Carmen mart Enzo meta ħabbret il-mewt tiegħu permezz ta’ post fuq ‘facebook’ qalet li huwa kien ħalla din id-dinja mdawwar minn familtu li kien jgħożż bħala l-aktar ħaġa importantii fuq din id-dinja”.
U propju hekk ukoll kienet l-aħħar tislima li ngħata … mdawwar minn dawk l-aktar għeżież għalih… fosthom martu u ż-żewġ uliedhom Johanna u Greta flimkien man-neputijiet li Enzo tant kien jgħożż.
//= $special ?>