Sfortunatament raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara tilef ħajtu wara li waqa’ mill-għoli mill-Ġnien ta’ Hastings.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:15 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet intlemħet persuna ma’ l-art fil-foss ta’ San Ġakbu.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>