Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija appella lill-Gvern sabiex jestendi b’xi xhur l-iskema tat-traħħis tat-taxxa u l-boll fuq ix-xiri u l-bejgħ ta’ propjetà.
Din l-iskema suppost tagħlaq fl-aħħar ta’ din is-sena. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinnota kif fl-aħħar jiem kellna żidiet qawwija ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19, dan wassal biex nutara u klijenti ma jlaħħqux jikkonkludu n-negozju tagħhom fil-ħin.
Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Gvern biex jestendi din l-iskema b’mod immedjat.
//= $special ?>