Lokali

Argument jaħraq iħalli tnejn isofru minn ġrieħi gravi

It-Tlieta għall-ħabta tal-10pm żewġ persuni bdew jargumentaw u s-sitwazzjoni eskalat tant li spiċċaw weġġgħu lil xulxin bi ġrieħi gravi.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija fi Triq il-Biċċieni, Ħaż-Żabbar fejn sabu żewġt irġiel, wieħed ta’ 37 sena u ieħor ta’ 40 sena, isofru minn xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li tawhom l-ewwel għajnuna fuq il-post u iktar tard ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.