Edukazzjoni Lokali

Clifton Grima jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru tal-Edukazzjoni u l-Isport

L-Erbgħa Clifton Grima ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru tal-Edukazzjoni u l-Isport.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni kien mingħajr Ministru għal numru ta’ jiem wara r-riżenja ta’ Caruana, li rriżenjat wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler kien sab li hi kienet kisret il-kodiċi tal-etika meta tat kuntratt ta’ €5,000 lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic minkejja li dan ma kellu l-ebda kwalifiki.