Mit-Tnejn, 3 ta’ Jannar 2022, persuni pożittivi għall-COVID-19 li huma mlaqqma bil-booster se jkunu obbligati li jagħmlu perjodu ta’ kwarantina t’għaxart ijiem minflok 14-il ġurnata sakemm fl-aħħar tliet ijiem ta’ kwarantina dawn l-individwi ma jkollhomx sintomi.
Dan filwaqt li persuni li kienu f’ kuntatt ma’ persuna pożittiva, jiġifieri “primary contacts”, u li huma fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin validu, jistgħu jibqgħu jużaw is-sistema ta’ “early release”, jiġifieri li jtemmu l-kwarantina obbligatorja sebat ijiem wara l-aħħar kuntatt mal-persuna pożittiva, wara li jagħmlu rapid test li jirriżulta fin-negattiv.
Min-nhar it-Tnejn ukoll, persuni meqjusa bħala “secondary contacts”, jiġifieri min jgħix fl-istess residenza ma’ persuni li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, m’għandhomx għalfejn jagħmlu kwarantina jekk ikunu vvaċċinati bil-booster.
Kull min għandu ’l fuq minn 18-il sena jista’ japplika għall-booster fuq vaccin.gov.mt.
Ġie maħruġ ukoll li sal-Ħamis se jkunu tlaqqmu 50% tal-Maltin bil-booster.
//= $special ?>