Minħabba ż-żieda riċenti fil-każijiet ta’ COVID-19, l-HSBC Bank Malta ħabbar li b’effett immedjat se jkun qed jerġa’ jintroduċi Minimum Cash Withdrawal fin-netwerk tal-fergħat tiegħu. Din id-deċiżjoni qed tiġi implimentata biex tnaqqas l-ammont ta’ drabi li l-klijenti għandhom bżonn iżuru l-fergħat tagħha biex b’hekk jitnaqqsu kjuwijiet u kuntatti bla bżonn.
Ġbid taħt il-€500:
B’effett immedjat il-klijenti għandhom jużaw l-ATMs u mhux is-servizz tal-fergħat għall-ġbid taħt il-€500.
Klijenti li jitolbu ġbid t’inqas minn dan l-ammont ser jiġu diretti u assistiti biex jużaw ATMs. Minbarra l-assistenza fl-użu tal-ATMs, kull klijent li m’għandux karta ta’ debitu se jitħalla jagħmel ġbid ta’ darba għand il-kaxxier. Dawk il-klijenti se jintalbu wkoll japplikaw għal karta ta’ debitu li tkun meħtieġa biex fil-futur isir ġbid ta’ flus mill-ATMs.
Għal appuntament:
Bħala miżura ta’ prekawzjoni addizzjonali, il-bank qed jirrakkomanda bil-qawwa żjarat fil-fergħat biss lil dawk il-klijenti li għandhom appuntament. Il-klijenti li jridu jiddiskutu xi self, ħtiġijiet tal-immaniġġjar tal-ġid, jew jekk ma jkun disponibbli l-ebda metodu bankarju alternattiv huma mħeġġa bil-qawwa biex jiffissaw appuntament billi jċemplu fuq 2380 2380, jew iżuru www.hsbc.com.mt
L-ebda appuntamenti għal ġbid ta’ flus kontanti jew servizzi ta’ kaxxier ma huma ser jiġu aċċettati. Mistoqsijiet relatati ma’ kontijiet tal-klijenti għandhom ukoll jiġu diretti lejn il-Contact Centre.
Il-bank jixtieq ifakkar lill-klijenti li l-maġġoranza tas-servizzi jistgħu jintużaw permezz ta’ Karti ta’ Kreditu u Debitu, Mobile, Internet, ATM u servizzi ta’ Deposit Machine.
Fergħa ta’ Ħal Qormi – 80 Mill Street:
Is-servizzi ta’ filgħaxija mhux se jkunu disponibbli nhar l-Erbgħa 29, il-Ħamis 30 u l-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru peress li din il-fergħa se tkun qed tagħlaq għall-pubbliku fis-13:30.
//= $special ?>