Total ta' 58 vettura nstabu mid-dwana li huma misruqa mill-Kanada
Fl-aħħar ġranet, id-dwana innutat li f’container fil-Freeport kien hemm 14-il vettura misruqa mill-Kanada u destinati li jaslu l-Kuwait.
L-uffiċjali sabu:
- disa’ trakkijiet tat-tip Ford F150;
- żewġ Lexus RX 35;
- Lexus 1S30;
- Dodge Dura; u
- Jeep Wrangler.
Il-Pulizija Maltija u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew informati dwar dan u bdew investigazzjoni dwar dan.
Ritratti: Dwana
//= $special ?>