Lokali

Il-fergħat tal-BOV ta’ Ħal Qormi u tal-Fgura joperaw b’servizz limitat

Mil-lum, il-fergħat tal-BOV ta’ Ħal Qormi u tal-Fgura ser ikunu qed joperaw b’servizz limitat.

Is-servizz tal-kaxxiera mill-fergħa tal-Fgura mhux se jkun disponibbli filwaqt li ser ikun disponibbli normali mill-fergħa ta’ Ħal Qormi.

Servizzi li mhumiex relatati ma’ ġbid ta’ flus, tisrif ta’ ċekkijiet u depożiti se jiġu offruti biss b’appuntament. Klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzi, inklużi investimenti, self għad-djar, self personali, skedar mill-ġdid ta’ ħlasijiet lura ta’ self u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma mitluba jagħmlu appuntament permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jibagħtu email fuq info@bov.com jew iċemplu fuq 21312020.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom ġietx milquta u x’servizzi qed jiġi provduti fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.