Il-kwarantina ta’ 14-il jum mhux sistema sostenibbli u jeħtieġ reviżjoni fir-regoli tal-kwarantina.
Dan qalitu l-Kamra tal-Kummerċ permezz ta’ stqarrija fejn talbet lil Gvern inaqqas is-self isolation għal 10 t’ijiem u 7 t’ijiem għal dawk li jkunu ħadu l-vaċċin.
Huma qalu li dan kollu jaf jgħin biex in-nies jitlaqmu għal kontra l-Covid, u kif ukoll biex jieħdu l-booster. Hija qalet li kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, ħafna negozji ħa jispiċċaw ma jistgħux jaħdmu, filwaqt li kien imtenni li ħafna negozji ma jistgħux jaħdmu b’remote working, speċjalment dawk l-aktar li jagħtu servizz essenzjali, inkuż supermarkets u ħwienet tal-merċa, u n-negozji oħra tar-retail.
Barra minn hekk, il-Kamra tal-Kummerċ temmen li min iħaddem jeħtieġ aktar ċarezza u appoġġ dwar l-għoti ta’ tilqim lill-impjegati li għandhom kuntatt mal-klijenti jew li jkunu f’kuntatt ma’ diversi impjegati oħra fit-twettiq tax-xogħol tagħhom. Speċifikament, nies li huma mlaqqma bis-sħiħ huma ferm inqas probabbli li jkunu morda serjament u inqas probabbli li jxerrdu l-virus.
Iċ-Chamber qalet li jeħtieġ aktar kjarezza dwar jekk dawk li qed jirrifjutaw li jitlaqqmu qed jesponu l-post tax-xogħol tagħhom għal riskju ogħla. Min iħaddem jeħtieġ li jiġi appoġġjat fl-għoti tal-vaċċini fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
//= $special ?>