“Ilna siegħa u hawn diżastru totali”.
Kienu dawn l-ilmenti li waslu dalgħodu lis-sit NetNews.com.mt minn persuni li qed jistennew Mater Dei biex ilaqqmu lit-tfal tagħhom għal kontra l-Covid – familji li uħud minnhom ilhom jistennew minn qabel l-10am.
Uħud qalulna li l-kurutur ta’ Mater Dei spiċċa ppakjat b’folla nies. Oħrajn qalulna li din is-sitwazzjoni tikkonferma d-diżorganizzazjoni fit-tmexxija ta’ dan il-proċess – sitwazzjoni li qed tpoġġi f’riskji anke lill-istess staff ta’ Mater Dei minħabba li qed jinġabru ħafna nies.
Espert tas-saħħa li tkellem ma’ dan is-sit stqarr li f’dan il-perijodu ta’ festi kien ikun aktar għaqli kieku t-tilqim ġie estiż għal ħinijiet fit-tul, anke tard bil-lejl, sabiex ma jinġabrux folol ta’ nies flimkien.
Mara oħra li ħadet lit-tifla tagħha għat-tilqima kontra l-Covid qaltilna li hija tal-mistħija li mhux isir pjanar kif suppost, meta dan il-proċess ta’ tilqim issa ilu għaddej sena sħiħa.
//= $special ?>