“Nilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li rrenja s-sens komun u l-awtoritajiet ħabbru li se jkunu qed inaqqsu l-perjodu ta’ kwarantina għal dawk bil-vaċċin.”
Kien dan li ntqal mill-Kap tal-PN, Bernard Grech fuq post fuq Facebook fejn kompla jgħid li fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista u anke persuni fil-qasam mediku, min iħaddem u l-pubbliku talbu għal dan il-pass.
Hu qal li l-PN jibqa’ jisħaq li hemm bżonn ta’ bilanċ bejn it-trażżin tal-virus u l-libertà biex ħajjet in-nies tkun tista’ tkompli.
//= $special ?>