Iċ-Ċentru ta’ Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard tal-Istati Uniti poġġiet lil Malta fil-kategorija ta’ riskju għoli ħafna għall-ivjaġġar fid-dawl li pajjiżna qed jara numri għoljin ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19.
Malta tpoġġiet fuq din il-lista hekk kif il-pajjiż qed jirreġistra iktar minn 500 każ kull 100,000 resident fl-aħħar 28 ġurnata.
Fl-istess kategorija, magħrufa bħala ‘Level 4: Covid-19 Very High’, hemm ukoll il-Moldova u l-Isvezja.
Din il-kategorija hi l-għola livell, b’dawk il-pajjiżi fuq din il-lista huma kkonsidrati bħala l-agħar pajjiżi fejn tidħol is-sitwazzjoni tal-COVID-19. U wieħed hu mħeġġeġ biex jevita għal kollox li jmur lejn dawn id-destinazzjonijiet. Jekk wieħed ma jistax jagħmel mod ieħor, mela għandu jassigura li jkun vaċċinat b’mod sħiħ qabel isiefer.
Sal-ġimgħa l-oħra, Malta kienet diġa’ tinsab fil-kategorija ta’ Livell 3, meqjusin bħala riskju kbir.
//= $special ?>