Numru ta’ studenti għadhom bla ħjiel dwar kif l-eżamijiet ta’ Jannar se jkunu qed isiru fid-dawl tal-pandemija.
Il-GUG qalu li filwaqt li hemm fakultajiet li għażlu li jmexxu l-eżamijiet online, oħrajn għadhom fil-ħsieb li jagħmluhom fil-klassijiet bħal qabel, minkejja li dawn l-aħħar jiem konna qed naraw numri rekord ta’ każijiet.
Dan filwaqt li ma tawx tweġiba ta’ x’jiġri la darba wieħed ikun obbligat joqgħod kwarantina. Jidher li r-regola attwali hi li jekk student ikun fi kwarantina, dan ikollu jagħmel l-eżami f’Settembru u jkun meqjus li qed jagħmlu għall-ewwel darba u mhux bħala resit… iżda b’riżultat li ma jkunux jistgħu jagħmlu r-resit fl-istess sena jekk wieħed ma jgħaddix mill-eżami mal-ewwel darba. Madanakollu, l-GUG tħoss li mhux sew li l-istudenti jkollhom jagħmlu l-eżamijiet xhur wara kawża ta’ ċirkustanzi li m’għandhomx kontroll fuqhom.
Apparti l-eżamijiet, numru ta’ lectures għadhom qed isiru b’mod fiżiku, jiġifieri l-istudenti huma obbligati li jmorru l-Università, b’riskju ferm ikbar li jiġu f’kuntatt ma’ xi ħadd pożittiv għall-COVID.
//= $special ?>