“L-istudenti jeħtieġu direzzjoni dwar x’se jkun qed iseħħ fil-ġimgħat li ġejjin”.
Hekk stqarru l-MZPN fuq post fuq facebook, hekk kif ma kull ġurnata li qed tgħaddi qiegħdin ikomplu jiżdiedu n-numri tal-każi attivi fil-pajjiż. Dan filwaqt li l-ħin qed tkompli jgħafas u jżid l-inċertezza fuq dawk l-istudenti li lejn l-aħħar ta’ Jannar jridu jitrassu lura fil-kmamar tal-Universita’ u ta’ istituzzjonijiet oħrajn biex jagħmlu l-eżamijiet ta’ wara l-Milied.
L-MZPN starru li huwa inaċċettabli li hekk kif iż-żmien tal-eżamijiet qed joqrob, l-istudenti għadhom kompletament mingħajr l-ebda direzzjoni jekk l-eżamijiet u l-futur tagħhom hux se jkun deċiż b’mod fiżiku jew inkella b’mod virtwali.
L-MZPN komplew biex jgħidu li din l-inċertezza min-naħa tal-istutuzzjonijiet – li suppost qiegħdin hemm biex imexxu – qiegħda tikkreja sitwazzjoni ferm diffiċli kemm fuq l-istudenti, kif ukoll fuq l-għalliema. L-MZPN għamlet referenza wkoll għal punt li din l-inċertezza tista twassal biex tiversi żagħżagħ jkollom problemi tas-saħħa mentali.
//= $special ?>