Talanqas tliet pazjenti li kienu fit-taqsima għall-kura intensiva fi sptar fl-inħawi ta’ Kosiv mietu qalb nirien li qabdu fl-istess kumpless. Mifhum li n-nirien kienu dovuti għal xemgħa li xi ħadd kien qabbad biex ifakkar lill-vittmi tal-Covid-19 – bis-servizzi tas-saħħa jispiċċaw jitrattaw lil diversi nies għall-ħruq li ġarrbu fin-nirien.
Jidher li x-xemgħa kienet tqabbdet viċin xi ċilindi tal-ossiġinu li ħadu n-nar immedjatament b’konsegwenza.
Intant, dan kien l-aħħar inċident ta’ nirien fl-isptarijiet tal-Ukrajna mill-bidu tal-pandemija ‘il hawn.
Dan meta hu faċli ħafna li ċ-ċilindri tal-ossiġinu – li hemm ħafna minnhom fl-isptarijiet – jieħdu n-nar f’każi fejn ma jitħarsux il-prekawzjonijiet meħtieġa.
Is-servizzi għall-emerġenzi qalu , fil-fatt, li l-imwiet f’dan il-każ kienu dovuti għan-nuqqas ta’ għarfien tar-regoli bażiċi tal-fiżika minbarra element ta’ traskuraġni.
L-Uffiċċju lokali tal-Prosekutur, intant, qed jinvestiga t-traġedja fost rapporti li l-mejtin fl-inċident jinkludu żewġ nisa u raġel – b’numru ta’ tobba jispiċċaw isofru minn ħruq u effetti oħra tan-nirien.
//= $special ?>