It-Tlieta għall-ħabta tas-7.30pm seħħet hit-and-run minn vettura li ħalliet sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq il-Kbira, Ħal Lija fejn mill-ewwel investigazzjoni jidher li seħħ inċident bejn vettura u mutur misjuq minn Taljan ta’ 41 sena residenti Birkirkara. Allegatament, il-vettura telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>