Il-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsillieri Lokali Karl Gouder jifirħu lil Graziella Attard Previ kif ukoll lil John Pillow għall-ħatra l-ġdida tagħhom bħala Sindku u Viċi Sindku ġodda rispettivament għal Tas-Sliema.
Dan seħħ wara li Anthony Chircop irriżenja mill-kariġa ta’ Sindku tal-Istess lokalità peress li mill-1 ta’ Jannar li ġej ser jibda fl-inkarigu ġdid tiegħu bħala President tar-Reġjun Lvant.
Il-KKLPN flimkien ma’ Karl Gouder jirringrazzjaw lil Anthony Chircop għall-mod dedikat u mpekkabbli kif mexxa l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema tul dawn l-aħħar għaxar snin li dam fil-kariga. Żgur li l-lokalità ta’ Tas-Sliema tul dan iż-żmien kompliet timxi l’quddiem u kompliet tinbena bħala komunità magħquda.
Il-KKLPN flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali jawguraw lil Anthony Chircop ħafna ħidma u iktar suċċessi fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala President tar-Reġjun Lvant.
Fl-istess waqt il-KKLPN u Karl Gouder jawguraw lis-Sindku l-ġdid Graziella Attard Previ u lill-Viċi Sindku l-ġdid John Pillow fil-kariga l-ġdida tagħhom. M’hemmx dubju li bil-ħidma ta’ Attard Previ, Pillow u l-kumplament tal-kunsillieri lokali ser tkompli ssir iktar ħidma favur il-lokalità u r-residenti Slimiżi.
//= $special ?>