“Ninsabu imbikmin u ixxokkjati ghaliex Victor Calvagna, konsulent tat-tfal morda bil-kan1er u President ta’ Puttinu Cares, ilbieraħ tajritu karozza u jinsab f’qagħda kritika ħafna”.
Kien dan il-messaġġ li kitbu l-persuni li jmexxu l-Fondazzjoni Puttinu Cares wara l-inċident tal-bieraħ fil-Qawra, li ħalla lil Victor Calvagna jissielet għal ħajtu fl-ITU.
Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, diversi kienu dawk li ħallew messaġġi ta’ kuraġġ għal dan it-tabib tant maħbub.
“Itolbu kif nemmnu li qed jagħmlu t-tfal fil-ġenna għalih”, kitbu sħabu ta’ Puttinu.
Ma dan l-appell, ingħaqdu bosta personalitajiet, u individwi li tul is-snin ibbenefikaw mill-għajnuna ta’ Puttinu.
Anke l-Kap tal-PN Bernard Grech wassal il-messaġġ tiegħu permezz tal-media soċjali fejn stqarr illi f’dan il-mument diffiċli, ħsiebu jdur fuq Vcitor Calvagna u fil-ġid kbir li għamel, fil-familja tiegħu, fil-mijiet ta’ pazjenti tfal li jiddependu minnu, u fi sħabu ta’ Puttinu Cares.
