Lokali

Byron Camilleri jżomm lil Alex Dalli: jitfgħu Rappreżentant Speċjali tal-Gvern

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri ħabbar li żamm lill-eks Direttur tal-Ħabs Alex Dalli fi ħdan il-Ministeru tiegħu bħala Rappreżentant Speċjali tal-Gvern fil-Libja dwar is-Sigurtà Nazzjonali.

Matul konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru qal li Dalli se jkun ukoll parti miċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni bejn Malta u l-Libja dwar l-immigrazzjoni illegali, li nħoloq f’Lulju li għadda wara diskussjonijiet bejn il-Prim Ministri taż-żewġ pajjiżi.

Wara li baqa’ ma keċċiehx, minkejja li taħt ir-responsabbiltà tiegħu mietu 14-il priġunier waqt li dawn kienu fil-Ħabs, il-Ministru Byron Camilleri qal li Alex Dalli ntagħżel għal din il-kariga minħabba l-esperjenza vasta li għandu fil-Forzi Armati.

Barra minhekk, il-Ministru tal-Intern kien ikkommetta ruħu wkoll li se juża’ t-“talenti” tal-eks Direttur tal-Ħabs għax qal li ġab il-bidla tant meħtieġa, filwaqt li tejjeb is-sitwazzjoni fil-Ħabs.